B’xhieda tal-impenn imġedded tal-Kummissjoni lejn il-komunitajiet rurali u l-iżvilupp taż-żoni rurali, din il-Komunikazzjoni tipproponi Pjan ta’ Azzjoni Rurali. Din se:
- trawwem l-koeżjoni territorjali u joħolqu opportunitajiet ġodda biex jattiraw negozji innovattivi;
- tipprovdi aċċess għal impjiegi ta’ kwalità;
- tippromwovi ħiliet ġodda u mtejba;
- tiżgura infrastruttura u servizzi aħjar;
- isfrutta r-rwol tal-agrikoltura sostenibbli u l-attivitajiet ekonomiċi diversifikati.
Il-parti tematika tiegħu hija strutturata skont l-erba’ blokok ta’ azzjonijiet u hija artikolata madwar disa’ inizjattivi ewlenin u 15-il azzjoni ta’ akkumpanjament.
Kull azzjoni se ġġib flimkien oqsma ta’ politika differenti tal-UE biex twettaq il-viżjoni, u l-għanijiet komuni tagħha.
Sitt azzjonijiet trasversali jikkompletaw l-istampa.