L-għaxar għanijiet komuni tal-viżjoni rurali huma l-aspirazzjonijiet komuni tal-komunitajiet rurali u tal-partijiet ikkonċernati dwar kif jixtiequ li ż-żoni rurali tal-UE jkunu fl-2040.
Dawn l-aspirazzjonijiet ħarġu mill-bosta konverżazzjonijiet li saru ma’ firxa wiesgħa ta’ nies minn żoni rurali differenti ħafna. Dawn huma l-bażi komuni li fuqha tinbena l-viżjoni, l-għanijiet li kemm il-pjan ta’ azzjoni rurali tal-UE kif ukoll il-patt rurali jfittxu li jilħqu.
I. Spazji attraenti, żviluppati fi żvilupp territorjali armonjuż, li jisfruttaw il-potenzjal speċifiku tagħhom, biex isiru postijiet ta’ opportunità u jipprovdu soluzzjonijiet lokali biex jgħinu fl-indirizzar tal-effetti lokali tal-isfidi globali.
II. Involuti f’governanza fuq diversi livelli u bbażata fuq il-post, fejn jiżviluppaw strateġiji integrati bl-użu ta’ approċċi kollaborattivi u parteċipatorji, u jibbenefikaw minn taħlitiet ta’ politika mfassla apposta u minn interdipendenzi bejn iż-żoni urbani u rurali.
III. Fornituri tas-sigurtà tal-ikel, tal-opportunitajiet ekonomiċi, tal-oġġetti u servizzi għas-soċjetà inġenerali, bħal materjali u enerġija b’bażi bijoloġika iżda wkoll prodotti lokali ta’ kwalità għolja bbażati fuq il-komunità, enerġija rinnovabbli, filwaqt li jżommu sehem ġust mill-valur iġġenerat.
IV. Komunitajiet dinamiċi li jiffukaw fuq il-benesseri, inkluż l-għajxien, il-ġustizzja, il-prosperità u l-kwalità tal-ħajja, fejn in-nies kollha jgħixu u jaħdmu tajjeb flimkien, b’kapaċità adegwata għal appoġġ reċiproku.
V. Komunitajiet inklużivi ta’ solidarjetà, ġustizzja u tiġdid interġenerazzjonali, miftuħa għal residenti ġodda u li jrawmu opportunitajiet indaqs għal kulħadd.
VI. Sorsi jiffjorixxu tan-natura, imsaħħa minn u li jikkontribwixxu għall-objettivi tal-Patt Ekoloġiku, inkluż in-newtralità klimatika, kif ukoll il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali.
VII. Il-benefiċċju sħiħ mill-innovazzjoni diġitali b’aċċess indaqs għat-teknoloġiji emerġenti, il-litteriżmu diġitali mifrux u l-opportunitajiet biex jinkisbu ħiliet aktar avvanzati.
VIII. Persuni intraprenditorjali, innovattivi u b’ħiliet xierqa, li joħolqu flimkien progress teknoloġiku, ekoloġiku u soċjali.
IX. Postijiet vivaċi mgħammra b’servizzi pubbliċi u privati effiċjenti, aċċessibbli u affordabbli, inklużi servizzi transfruntiera, li jipprovdu soluzzjonijiet imfassla apposta (bħat-trasport, l-edukazzjoni, it-taħriġ, is-saħħa u l-kura, inkluża l-kura fit-tul, il-ħajja soċjali u n-negozju bl-imnut).
X. Postijiet ta’ diversità, li jagħmlu l-aħjar użu mill-assi, mit-talenti u mill-potenzjal uniċi tagħhom.